1 signatures
Collection finished
Dies ist eine Online-Petition of the European Parliament.
Petition is addressed to: Petitionsausschuss des Europäischen Parlaments
Fit-18 ta' Marzu 2020, il-KummissjOni Ewropea ħarġet Komunikazzjoni C (2020) 1830 final, bit-titlu "Linji Gwida Interpretattivi rigward ir-regolamenti tal-UE dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fil-kuntest tas-sitwazzjoni li qed tiżviluppa b'rabta mal-COVID-19", li kienet tinkludi din id-dikjarazzjoni: "il-Kummissjoni tqis li, meta l-awtoritajiet pubbliċi jieħdu miżuri maħsuba biex irażżnu l-pandemija tal-COVID-19, dawn il-miżuri, skont in-natura u l-oriġini tagħhom, mhumiex inerenti fl-eżerċizzju normali tal-attività tat-trasportaturi u huma barra mill-kontroll reali tagħhom".Skont il-petizzjonant, l-emerġenza tas-saħħa minħabba l-COVID-19, bħala każ ta' force majeure barra mill-kontroll dirett tal-linji tal-ajru, tista' titqies bħala ċirkustanza eċċezzjonali biss sa massimu ta' 5 jew 6 ġimgħat wara t-tħabbira tal-pandemija mid-WHO (fil-11 ta' Marzu 2020), iżda ma tistax tkun argument difendibbli aktar minn xahar wara din it-tħabbira. Għalhekk, f'din l-inċertezza legali mtawla dwar id-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru, bosta linji tal-ajru bi prezzijiet irħas jinħbew wara ċ-ċirkustanzi straordinarji, minkejja li kkanċellaw it-titjiriet (xi drabi, anki fl-aħħar minuta) talli ddifferew, u effettivament irrifjutaw, li jirrimborżaw lill-passiġġieri bil-forom u l-modi previsti mir-Regolament UE 261/04. U dan minkejja l-linji gwida ċari dwar id-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru rigward il-biljetti tagħhom, aġġornati fl-14 ta' April mill-Awtorità Taljana għall-Avjazzjoni Ċivili (ENAC) u ċ-Ċentru Ewropew tal-Konsumaturi fl-Italja. F'dan ir-rigward, il-petizzjonant isemmi l-abbuż minn klawżoli restrittivi jew qarrieqa inġusti, bħat-talba tal-prova tal-pagament, il-proposta ta' voucher jew ta' bidla tat-titjira, minkejja l-imprevedibbiltà attwali dwar it-tul ta' żmien li fadal tal-perjodu ta' konfinament. Huwa jinsisti wkoll dwar in-nuqqas ta' trasparenza dwar kif wieħed jista' jgawdi mid-drittijiet ta' rimborż permezz ta' formoli online aċċessibbli jew numri tat-telefon internazzjonali bla ħlas. Fl-aħħar iżda mhux l-anqas, il-linji tal-ajru bi prezzijiet irħas inadempjenti baqgħu jibagħtulu offerti għal titjiriet ġodda bi prezzijiet baxxi, billi għadhom isegwu l-miri kummerċjali tagħhom, anki matul il-perjodu ta' konfinament minħabba l-COVID19. Għal dawn ir-raġunijiet kollha, il-petizzjonant jitlob lill-KE komunikazzjoni ġdida li tirrevedi l-linji gwida preċedenti (18 ta' Marzu) dwar id-drittijiet tal-passiġġieri tal-UE sabiex tobbliga lil-linji tal-ajru jipprovdu rimborż effettiv tal-biljetti u li jipprovdu alternattivi biss, bil-kundizzjoni li jissodisfaw il-ħtiġijiet reali tal-passiġġieri u mhux l-interessi tal-linji tal-ajru kummerċjali.
Link to the petition
Tear-off stub with QR code
download (PDF)Petition details
Petition started:
05/20/2020
Petition ends:
05/19/2021
Region:
European Union
Topic:
Health
Debate
No CONTRA argument yet.