1 signatures
Collection finished
Dies ist eine Online-Petition of the European Parliament.
Petition is addressed to: Petitionsausschuss des Europäischen Parlaments
Il-petizzjonanta tispjega li l-Bajja ta' Algeciras hija magħmula minn sitt siti ta' Natura 2000, li ħamsa minnhom jinsabu fi Spanja: Estrecho Oriental; Estrecho; Los Alcornocales; Marismas del Río Palmones; Fondos Marinos Marismas del Río Palmones; u wieħed f'Ġibiltà: Southern Waters of Gibraltar. Il-petizzjonanta tgħid li f'dawn l-aħħar snin l-awtoritajiet responsabbli ppermettew l-eżekuzzjoni sistematika ta' pjanijiet u proġetti li għandhom effett negattiv fuq is-sitt siti tal-Komunità, peress li s-sinerġiji bejn dawn il-pjanijiet u l-proġetti differenti qatt ma tqiesu. B'riżultat ta' dan, l-għadd ta' industriji li jniġġsu madwar il-Bajja ta' Algeciras u f'Ġibiltà żdied sena wara sena, u b'hekk qered l-ambjent naturali b'konsegwenzi serji għas-saħħa tal-bniedem. Hija tilmenta dwar it-tkabbir fl-industriji tal-metall tqil, tal-ħadid u tal-azzar u tal-kimika fiż-żona, u l-użu ta' materjali tal-mili marittimi għar-reklamazzjoni tal-art sabiex titkabbar l-attività tal-port, li kollha kemm huma qerdu l-artijiet mistagħdra, l-estwarji u l-bajjiet. Hija titlob li jitwaqqaf il-pjan ta' infrastruttura tal-port tal-Bajja ta' Algeciras, li bħalissa jinsab taħt is-Subdirezzjoni tal-Valutazzjoni Ambjentali u li l-proġetti kollha li għaddejjin bħalissa b'effetti negattivi jiġu investigati u jitwaqqfu kif xieraq.
Link to the petition
Tear-off stub with QR code
download (PDF)Petition details
Petition started:
06/26/2020
Petition ends:
06/25/2021
Region:
European Union
Topic:
Debate
No CONTRA argument yet.