0 signatures
Collection finished
Dies ist eine Online-Petition of the European Parliament.
Petition is addressed to: Petitionsausschuss des Europäischen Parlaments
Din il-petizzjoni tikkonċerna l-park akkwatiku ta' Epervière, li fetaħ fl-aħħar tal-2019 u li skont il-petizzjonant qed jikser id-dritt tal-Unjoni. Abbażi tad-Direttiva 2011/92/UE dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent u d-Direttiva dwar il-Kwalità tal-Arja (2008/50/KE), ma kellux jiġi awtorizzat il-bini ta' faċilità sportiva jew rikreattiva, bħalma hu park akkwatiku, fil-viċinanza immedjata (f'anqas minn 70 metru) ta' sors ta' emissjonijiet sinifikanti għall-agglomerazzjoni (l-awtostrada A7). Il-petizzjonant iqajjem ukoll tħassib dwar il-finanzjament tal-proġett, u jsostni li dan ma kienx jikkwalifika għall-appoġġ pubbliku skont id-dritt tal-kompetizzjoni tal-UE, peress li s-servizz li jipprovdi ma jikkostitwixxix wieħed mill-interessi ekonomiċi ġenerali skont is-sentenza ta' Altmark. Fir-rapport tagħha tal-4 ta' Ottubru 2019, il-Qorti tal-Awdituri ta' Auvergne-Rhône-Alpes ikkonkludiet ukoll li 98.5 % tal-park akkwatiku ta' Epervière deher li kien ġie ffinanzjat permezz ta' fondi pubbliċi, mingħajr l-ebda kontribut privat, minkejja li ġie ffirmat ftehim ta' konċessjoni mal-kumpanija privata SPIE Batignolles. Il-petizzjonanti qed iressqu l-kwistjoni għall-attenzjoni tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet sabiex dan ikun jista' jqajjimha mal-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet Franċiżi.
Link to the petition
Tear-off stub with QR code
download (PDF)Petition details
Petition started:
04/29/2020
Petition ends:
04/28/2021
Region:
European Union
Topic:
Debate
No CONTRA argument yet.