0 Semnături
Colectia terminata
Aceasta este o petiție online al Parlamentului European .
Petiția se adresează: Petitionsausschuss des Europäischen Parlaments
Il-petizzjonant jirrappreżenta għadd kbir ta' persuni affettwati mill-proċedura għall-bejgħ ta' żewġ unitajiet tal-linjite ta' DEH SA f'Meliti u Megalopoli, kif previst mil-Liġi 4533/2018 u d-deċiżjonijiet relatati tal-Kummissjoni Ewropea.Il-petizzjonant jikkontesta b'mod partikolari l-aspetti li ġejjin tal-proċedura u jqajjem dubju dwar il-konformità tagħhom mad-dritt tal-kompetizzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet oħra. L-ewwel, fir-rigward tal-proċedura tal-offerti: il-kriterji ta' qabel l-għażla u l-kriterji tal-għażla finali, kif ukoll il-valutazzjoni tal-valur tal-unitajiet. It-tieni, il-kwistjoni tal-bejgħ taż-żewġ unitajiet tal-linjite bi prezz li ma jrendix qligħ għad-DEH SA, għal raġunijiet relatati kemm mal-istruttura kif ukoll mal-operazzjoni tas-suq tal-elettriku Grieg u kif ukoll dak Ewropew u mill-perspettiva tal-politika usa', kwistjonijiet soċjali u tal-impjiegi.It-tielet, il-bejgħ tal-unitajiet tal-linjite mingħajr is-salvagwardja tal-interessi finanzjarji tad-DEH SA li fil-futur qarib se jirriżulta fi spejjeż addizzjonali a skapitu tal-konsumaturi tal-elettriku. Barra minn hekk, dawn u għadd ta' aspetti oħra partikolarment importanti fir-rigward tal-bejgħ propost tal-unitajiet tal-linjite ma kinux soġġetti għal dibattitu u konsultazzjoni mal-pubbliku. Qabel l-adozzjoni tal-Liġi 4533/2018, ma ġiet organizzata l-ebda seduta ta' smigħ mal-partijiet interessati u ma' dawk li għandhom interess leġittimu, u saħansitra lanqas mal-korpi pubbliċi kompetenti u l-awtoritajiet indipdendenti, inkluża l-Awtorità Regolatorja Griega għall-Enerġija. Huwa essenzjali li jiġi nnotat li, il-proċedura tal-kompetizzjoni t'hawn fuq hija kkontrollata u ssorveljata direttament mhux biss mill-Gvern Grieg, iżda anke mill-Kummissjoni Ewropea, li skont il-Liġi 4533/2018 din hija finalment responsabbli għad-deċiżjonijiet, l-approvazzjonijiet u l-kontrolli tal-proċedura sakemm din tibqa' fis-seħħ. Għalhekk, jitqajjem dubju dwar jekk il-Kummissjoni Ewropea, meta taġixxi b'dan il-mod, twettaqx kif xieraq il-kompiti u r-responsabbiltajiet tagħha f'konformità mat-Trattati.
Link către petiție
Fișă detașabilă cu cod QR
Descarca (PDF)Informații privind petiția
Petiția a început:
25.02.2020
Petiția se încheie:
24.02.2021
Regiune:
Uniunea Europeană
categorie:
Dezbatere
Niciun argument CONTRA încă.