2 signatures
Collection finished
Dies ist eine Online-Petition of the European Parliament.
Petition is addressed to: Petitionsausschuss des Europäischen Parlaments
Il-petizzjonanta tiddenunzja l-livelli eċċessivi tat-tniġġis akustiku kkawżati mill-awtostrada PATHE (Patras-Ateni-Tessaloniki-Euzonon), li jaffettwaw lill-abitanti ta' Nea Kifisia, distrett purament residenzjali fit-tramuntana ta' Ateni. Hija tallega li l-Greċja qed tikser id-dritt tal-Unjoni billi tkompli tapplika l-livelli nazzjonali tal-istorbju ta' 60 dB Lnight u 70 dB Lden u li mhi qed tieħu l-ebda miżura biex tnaqqas it-tniġġis akustiku. Il-petizzjonanta targumenta li nofs id-distrett m'għandux saħansitra l-aktar protezzjoni bażika mill-pannelli li jassorbu l-istorbju, u dan jirriżulta f'livelli ta' storbju bil-lejl li jaqbżu d-59 dB Lnight. Il-petizzjonanta tirreferi għar-regoli tal-UE li jiddikjaraw, fost l-oħrajn, li l-livelli ta' storbju 'l fuq minn 55 dB Lden u 50 dB Lnight huma livelli għoljin ta' storbju li jikkawżaw ta' spiss effetti ħżiena fuq is-saħħa.
Link to the petition
Tear-off stub with QR code
download (PDF)Petition details
Petition started:
09/24/2019
Petition ends:
09/23/2020
Region:
European Union
Topic:
Environment
Debate
No CONTRA argument yet.