4 signatures
Collection finished
Dies ist eine Online-Petition of the European Parliament.
Petition is addressed to: Petitionsausschuss des Europäischen Parlaments
Il-petizzjonanti joġġezzjonaw għall-proċedura li biha ġie approvat pjan ta' azzjoni ("masterplan") bħala parti mill-konsultazzjonijiet fil-livell statali, reġjonali u lokali għar-rivitalizzazzjoni u r-riġenerazzjoni tal-gżira ta' Palmaria (fil-Golf ta' La Spezia). F'dan ir-rigward, huma jgħidu li: (a) il-gżira hija parti mill-Park Naturali Reġjonali ta' Portovenere, kemm mil-lat terrestri u kemm mil-lat marittimu (tappartjeni għan-netwerk ta' Natura 2000); (b) il-ħabitat u xi speċijiet ta' flora endemiċi jaqgħu taħt il-protezzjoni tad-Direttiva dwar il-Ħabitats (92/43/KE); (c) il-masterplan qed jaħbi pjan ġenerali li jwitti t-triq għal għadd kbir ta' lukandi u faċilitajiet residenzjali u jfixkel il-vokazzjoni preżenti tal-gżira, li għandha żona residenzjali żgħira ħafna u titgawda l-aktar minn viżitaturi okkażjonali ta' ġurnata u minn dawk li jħobbu l-kultura. L-għan ta' dan hu li r-riġenerazzjoni tal-gżira ta' Palmaria ma jkollhiex għalfejn tiġi soġġetta għal valutazzjoni ambjentali strateġika (SEA), biex ma nsemmux id-dibattitu u l-parteċipazzjoni tal-pubbliku (skont id-Direttiva 2001/42/KE). B'mod partikolari, il-petizzjonanti huma tal-fehma li l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE (is-sentenza tas-7 ta' Ġunju 2018 fil-kawża C-160/17) tista' tiġi applikata anke għall-każ tal-masterplan inkwistjoni fir-rigward tar-riġenerazzjoni tal-gżira ta' Palmaria. Fl-aħħar nett, il-petizzjonanti jenfasizzaw li l-proposti alternattivi magħmula minn diversi assoċjazzjonijiet, li saru matul fażi li fiha l-pubbliku seta' jipparteċipa – qabel il-masterplan – mhux talli ma ġewx inklużi f'dak il-pjan, iżda lanqas biss ġew ikkunsidrati fir-rapport tekniku u spjegattiv. Għalhekk huma tal-fehma li sar anke ksur tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-parteċipazzjoni tal-pubbliku (id-Direttiva 2003/35/KE). Għal dawn ir-raġunijiet kollha, il-petizzjonanti jitolbu li jinbdew proċedimenti ta' ksur.
Link to the petition
Tear-off stub with QR code
download (PDF)Petition details
Petition started:
04/29/2020
Petition ends:
04/28/2021
Region:
European Union
Topic:
Construction
Debate
No CONTRA argument yet.