26 Potpisi
Zbirka završena
Ovo je online peticija Europskog parlamenta .
Peticija se upućuje na: Petitionsausschuss des Europäischen Parlaments
Il-petizzjonant jirrapporta li l-ixxottar tal-baċin Ioannina jsir permezz tal-baċin miftuħ ta' Lapsistas, li mbagħad jispiċċa f'mina magħluqa, li minnha l-ilma jgħaddi għax-xmara Kalamas. Il-petizzjonant isostni li l-baċin Lapsistas huwa mniġġes ħafna mill-industrija, mit-trobbija tal-bhejjem u mill-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi, li jirriżulta fil-fatt li l-baċin ta' Kalamas jiġi kklassifikat mir-"River Basin Management Plan of the Water Department of Epirus" (Il-Pjan ta' Ġestjoni tal-Baċin tax-Xmara tad-Dipartiment tal-Ilma ta' Epirus) bħala l-aktar wieħed mgħobbi u perikoluż f'Epirus.Skont il-petizzjonant, il-konċentrazzjoni qawwija tal-ammonja, li taffettwa direttament il-ħajja akkwatika, hija l-aktar tniġġis kritiku u paramteru deċiżiv biex jiġi ddeterminat l-istatus kimiku ta' korp tal-ilma bħala "tajjeb" jew le skont it-termini tad-Direttiva 2000/60/KE. Għalhekk, jitqajmu mistoqsijiet serji dwar jekk il-Pjan ta' Ġestjoni jirriflettix is-sitwazzjoni kimika u ekoloġika attwali tal-korp tal-ilma rilevanti jew jekk dan ġiex abbozzat fuq il-bażi ta' data mhux affidabbli u bi ksur tad-Direttiva 2000/60/KE u leġiżlazzjoni oħra. Fost l-oħrajn, il-petizzjonant jikkwota d-Direttivi 2010/75/UE, 2006/7/KE, 92/43/KEE, 2009/147/KE, 98/83/KE, 2015/1787/UE.
Link na peticiju
Listić za odvajanje s QR kodom
Preuzimanje (PDF)Informacije o peticiji
Peticija je pokrenuta:
24. 09. 2019.
Peticija završava:
23. 09. 2020.
Regija:
Europska unija
Kategorija:
Zaštita okoline
Debata
Još nema argumenata protiv.