4 signatures
Collection finished
Dies ist eine Online-Petition of the European Parliament.
Petition is addressed to: Petitionsausschuss des Europäischen Parlaments
Il-petizzjonant jopponi l-pjanijiet biex jiġi estiż il-permess tal-operat tar-reatturi 5 u 6 tal-impjant tal-enerġija nukleari Kozloduy li jinstab fil-Bulgarija ħdejn il-fruntiera Rumena. Huwa jitlob it-tkomplija tal-valutazzjoni tal-impatt transkonfinali għal landfill kif ukoll għall-estensjoni tal-ħajja operattiva ta' żewġ reatturi, u għaldaqstant jirrispetta d-dritt taċ-ċittadini għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni kif previst fl-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni ta' Aarhus. Il-petizzjonant jargumenta li 23 komunità fir-Rumanija, inkluża l-belt ta' Craiova, jinstabu fiż-żona tar-riskju nukleari u huma affettwati direttament mill-attivitajiet ta' Kozloduy. Huwa jiddikjara li l-konsultazzjoni u l-informazzjoni tal-popolazzjoni Rumena kienu organizzati b'mod batut, u ma ppermettewx organizzazzjoni reali u lanqas il-kunsiderazzjoni tal-oppożizzjoni tal-pubbliku fid-deċiżjoni finali. Skont il-petizzjonant, l-awtoritajiet Rumeni esprimew ir-rieda tagħhom li jwettqu valutazzjoni tal-impatt ambjentali f'kuntest transkonfinali, iżda l-Bulgarija ddeċidiet li tagħti l-liċenzja b'mod unilaterali.
Link to the petition
Tear-off stub with QR code
download (PDF)Petition details
Petition started:
09/24/2019
Petition ends:
09/23/2020
Region:
European Union
Topic:
Environment
Debate
No CONTRA argument yet.