1 signatures
Collection finished
Dies ist eine Online-Petition of the European Parliament.
Petition is addressed to: Petitionsausschuss des Europäischen Parlaments
Il-petizzjonant jiddikjara li l-Vjetnam qed jikser id-drittijiet tal-bniedem u ma jaċċettax l-Istandards Internazzjonali tax-Xogħol, kif stabbiliti mill-ILO. Ħafna NGOs jirrapportaw dwar ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-Vjetnam. Għalhekk, il-petizzjonant jitlob li tiġi riveduta u sospiża l-verifika tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-UE u l-Vjetnam (EVFTA) sakemm il-Gvern Vjetnamiż jimplimenta t-talbiet li kienu elenkati fl-ittra tas-17 ta' Settembru 2018, iffirmata minn 32 Membru tal-Parlament Ewropew u indirizzata lis-Sinjura Mogherini u l-Kummissarju Malmström. Dawn it-talbiet jinkludu r-ratifika tal-Konvenzjonijiet tal-ILO Nru 87 (il-Liberta ta' Assoċjazzjoni u l-Protezzjoni tad-Dritt għall-Organizzazzjoni), Nru 98 (id-Dritt għall-Organizzazzjoni u n-Negozjar Kollettiv), Nru 105 (l-Abolizzjoni tax-Xogħol Furzat) u l-ħelsien ta' priġunieri politiċi. Skont il-petizzjonant, il-gvern Vjetnamiż għandu jneħħi wkoll l-Artikoli 109, 116, 117, 118 u 331 tal-Kodiċi Kriminali tiegħu, jiżgura l-konformità mal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR), iħassar l-Artikoli 74 u 173 tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali u jirrevedi l-liġi dwar iċ-ċibersigurtà biex tkun żgurata konformità mal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem. Il-petizzjonant jitlob lill-UE tadotta pożizzjoni ħafna aktar soda u ċara dwar miżuri kontra l-ksur kontinwu tad-drittijiet tal-bniedem fil-Vjetnam u tissanzjona tali ksur.
Link to the petition
Tear-off stub with QR code
download (PDF)Petition details
Petition started:
05/20/2020
Petition ends:
05/19/2021
Region:
European Union
Topic:
Debate
No CONTRA argument yet.