7 подписи
Сбор закончен
Это онлайн-петиция Европейского парламента .
Петиция адресована: Petitionsausschuss des Europäischen Parlaments
Il-petizzjonanta ssostni li seħħew xi irregolaritajiet matul it-tħejjijiet biex jintalab finanzjament mill-Bank Dinji għall-istadju li jmiss tal-kostruzzjoni ta' ġibjuni xotti fil-Kontea ta' Kłodzko bħala parti mill-proġett Oder-Vistula (regolamentazzjoni artifiċjali u titjib tan-navigabilità tax-xmajjar Pollakki). Fl-opinjoni tagħha, il-konsultazzjonijiet pubbliċi kienu tħallew barra, ir-residenti ma ġewx infurmati biżżejjed minn qabel dwar ir-risistemazzjoni, il-persuni milquta ma ngħatawx kumpens diċenti għall-proprjetà tagħhom, u lanqas ma setgħu jappellaw. Barra minn hekk, il-petizzjonanta tindika l-effetti irriversibbli tal-kostruzzjoni ta' ġibjuni fuq il-pajsaġġ u l-bilanċ ekoloġiku tal-Kontea ta' Kłodzko: il-qerda tal-ekosistemi tal-foresti, inkluż it-theddid għall-ispeċijiet ta' annimali u ta' pjanti protetti permezz tan-netwerk Natura 2000 kif ukoll tal-ispeċijiet fil-periklu. Hemm ukoll riskju ta' deterjorament tar-ritenzjoni tal-ilma u t-tfigħ ta' konkrit fuq żoni li huma siti turistiċi prezzjużi, li jċaħħad lil ħafna abitanti mill-għajxien tagħhom f'dan is-settur.
Ссылка на петицию
Отрывной талон с QR-кодом
скачать (PDF)Информация о петиции
Петиция начата:
17.10.2019
Петиция завершена:
16.10.2020
Область:
Европейский союз
Тема:
Эта петиция была переведена на следующие языки
дебаты
Пока нет аргумента против.